Dwarna
Is-Sotto Kumitat Armar twaqqaf nhar it-23 ta’ Jannar 2000, bl-approvazzjoni tal-Kumitat Ċentrali u x-xewqa ta’ ħafna soċi taħt it-tmexxija tac-Chairman is-Sur John Tanti. Dan kien t’għajnuna kbira sabiex b’hekk ikun aktar organizzat l-armar tal-festa. Minn dik il-ġurnata ‘l quddiem qatt ma ħarisna lura. Matul is-snin dejjem għaddejna minn proġett għall-ieħor u dawn dejjem saru b’sagrifiċċji kbar. Dan is-sotto kumitat beda wkoll jorganizza attivitajiet fejn dejjem ikollna preżenza sabiħa ta’ nies. Aħna dejjem nistiednu aktar nies jingħaqdu magħna, sew fl-attivitajiet li jiġu organizzati, fi żmien il-festa u anke dawk ta’ matul is-sena.
Is-Sotto Kumitat Armar dejjem jirringrazzja lil dawk il-membri kollha tas-Soċjetà li b’xi mod ikunu ta’ għajnuna matul is-snin kollha u lill-benefatturi kbar u żgħar li bl-għajnuna tagħhom nistgħu nwettqu x-xogħol kollu li jsir b’risq il-festa li aħna tant inħobbu, il-festa ad unur Santa Katarina V. M. Patruna Titulari taż-Żurrieq.
Sotto Kumitat Armar
Chairman | Is-Sur Clayton Zahra |
---|---|
Vici-Chairman | Is-Sur Charles Tanti |
Segretarju | Il-Perit Paul Aquilina |
Asst. Segretarju | In-Nutar Dr. Ruben Collins |
Kaxxiera | Is-Sinjura Connie Tanti |
Asst. Kaxxier | Is-Sinjorina Ylenia Zammit |
Direttur Ġenerali | Is-Sur Mark Agius |
Direttur Maħżen Armar | Is-Sur Marco Polido |
Assistent Direttur Makkinarju u Nġenji | Is-Sur Johnny Tanti |
Delegat Maħżen | Is-Sur Manu Ferriġġi |
Kordinatur tal-Armar | Is-Sinjur Joe Vella |
Delegati Kordinatur tal-Armar | Is-Sur Malcolm Gilford Is-Sur Clint Farrugia |
Kordinatur tal-Attivitajiet | Is-Sur Steve Collins |
Delegati Attivitajiet | Is-Sinjuri Angele Sammut, Ylenia Zammit, Aaron Flores, Gilbert Camilleri Antione Barbara |
P.R.O | Is-Sinjur Jacques Xuereb |
Delegati P.R.O | Is-Sinjuri Connie Tanti, Angele Sammut, Ylenia Zammit, Paul Aquilina, Ruben Collins |
Kordinatur Proġetti | Is-Sinjur Clint Farrugia |
Delegati Proġetti | Is-Sinjuri Joe Vella, Manu Ferriggi, Joey Bugeja, Kevin Galea |
Kordinatur 25 Sena Anniversarju | Is-Sinjur Charles D’Alfonso |
Delegati 25 Sena Anniversarju | Is-Sinjuri Jacques Xuereb, Connie Tanti |