Festa Santa Marija ta’ Bubaqra
Is-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. ser torganizza l-Festa Esterna ta’ Santa Marija ġewwa Bubaqra nhar il-Ħadd, 24 t’Awissu 2025.
August 24, 2025
-
Detalji tal-attivita
Is-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. ser torganizza l-Festa Esterna ta’ Santa Marija ġewwa Bubaqra nhar il-Ħadd, 24 t’Awissu 2025.
Ser issir fiera tradizzjonali mill-Kumitat Ċentrali flimkien mas-Sotto Kumitat Nisa, kif ukoll ser jiġi servut varjetà ta’ ikel waqt l-attività, mis-Sezzjoni Żgħażagħ Palmisti Żurrieq.
Il-Banda Santa Katarina V.M. ser tagħti s-servizz tagħha b’diversi marċi brijużi ġewwa Misraħ Santa Marija.
Is-serata tgħalaq bi spettaklu ta’ nar tal-art maħdum mis-St. Catherine Fireworks Factory Zurrieq – Malta.
ghamel kuntatt
Għamel kuntatt magħna permezz tal-formola ta’ kuntatt hawn taħt.