Kumitat Ċentrali
President | Is-Sur Josef Cachia |
---|---|
Presidenti Onorarji | Is-Sur Anthony Bonnici A.C.I.B Chev Charles Schembri O.S.S Is-Sur Philip Schembri Is-Sur David Zerafa |
Viċi President | Is-Sur Nicholas Saliba |
Segretarju | Is-Sur Ryan Schembri |
Teżorier | Is-Sur Edmond Abela |
Assistent Teżorier | Is-Sur Oliver Mario Zammit |
Direttur Ġenerali | Is-Sur Omar Schembri |
Chairman Sotto Kumitat Banda | Is-Sur Richard Farrugia |
Viċi-Chairman Sotto Kumitat Banda | Is-Sur Sheldon Farrugia |
Deputati tal-Banda | Is-Sur Richard Farrugia Is-Sur Sheldon Schembri |
Chairperson Sotto Kumitat Nisa | Ex Ufficio Is-Sinjura Anna Camilleri |
Chairman Sotto Kumitat Armar | Is-Sur Clayton Zahra |
Viċi-Chairman Sotto Kumitat Armar | Is-Sur Charles Tanti |
Chairman Sotto Kumitat Nar | Is-Sur Emanuel Farrugia |
Chairman Sotto Kumitat Radju | Is-Sur Nicholas Saliba |
Viċi-Chairman Sotto Kumitat Radju | Is-Sur Oliver Zammit |
Chairman Sotto Kumitat Kultura | Ex Ufficio Chev Charles Schembri O.S.S |
Chairman Sotto Kumitat Sezzjoni Żgħażagħ Palmisti | Is-Sur Paul Farrugia |
Chairman PR Team | Is-Sur Nicholas Saliba |
Viċi-Chairman PR Team | Is-Sur Sheldon Farrugia |
Is-Suċċessi li dejjem inkisbu fit-tmexxija tas-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M.
It-tmexxija tas-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. hija fdata fil-Kumitat Eżekuttiv li jiġi elett kull sena b’elezzjoni li tinżamm apposta. Il-kariga ta’ President tiġi wkoll magħżula permezz ta’ elezzjoni, iżda din issir kull sentejn.
Il-President flimkien mal-Kumitat Eżekuttiv ta’ kull sena jaħtru diversi sezzjonijiet u sotto kumitati sabiex flimkien jaħdmu b’għan wieħed skond l-Istatut tas-Soċjetà. L-aħħar statut ġie approvat fiż-żewg Seduti Ġenerali Straordinarji li nżammu apposta nhar il-Ħadd 3 u 10 ta’ Mejju 1998.
Matul is-sena jsiru diversi laqgħat kemm mill-Kumitat Eżekuttiv kif ukoll is-Sezzjonijiet u s-Sotto Kumitati. Wieħed jista’ jsemmi li dawk li jiġu appuntati ta’ kull sena huma s-Sotto Kumitat Armar, Sezzjoni Dilettanti tan-Nar, Sezzjoni Nisa, Sezzjoni Żgħażagħ Palmisti kif ukoll is-Sotto Kumitat Banda. Minbarra dawn il-kumitat ġieli jkollu bżonn jaħtar sotto kumitati jew delegazzjonijiet sabiex jaħdmu f’xi qasam partikolari bħal każ tas-Sotto Kumitat bini tal-Każin u oħrajn.
M’hemmx dubju li biex isir ħafna xogħol trid ħafna nies kemm fit-tmexxija kif ukoll biex jgħinu fix-xogħol li jkun għaddej. U propju b’hekk is-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. taż-Żurrieq hija waħda mill-akbar soċjetajiet f’Malta.
Is-Suċċessi li minn dejjem inkisbu mis-Soċjetà huwa propju għax dejjem kien hemm tmexxija serja bl-għajnuna tal-Patruna tagħna Santa Katarina V.M.