
Fil-Ħemda tal-Golgota
Kunċert ta' Riflessjonijiet Mużikali Nhar il-Ħamis 10 t' April 2025, Fis-7:30pm

Una Notte Italiana
Sezzjoni Żgħażagħ Palmisti tistiedinkom għal lejl Taljan mimli ikel tajjeb, żfin u divertiment flimkien ma’ DJ LY-AM!

Manifestazzjoni Reliġjuża b’ Ġesù Redentur
Bis-sehem ta’ diversi personaġġi bibliċi flimkien mal-Banda Santa Katarina V.M. fejn se tkun qed tesegwixxi repertorju vast ta’ marċi funebri madwar it-toroq taż-Żurrieq. Nhar Ħadd il-Palm 13 ta’ April fl-10:00am ‘l quddiem mis-Sede tas-Soċjetà.

Wirja Artistika tal-Ġimgħa l-Kbira
Għal darb’oħra, is-Sezzjoni Żgħażagħ Palmisti ser torganizza wirja relatata maż-żminijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa. Din il-wirja ser issir fis-sede tas-Soċjeta’ Mużikali Santa Katarina V.M., Żurrieq.

Manifestazzjoni b’Kristu Rxoxt
Manifestazzjoni fl-Ottava tal-Għid bi Kristu Rxoxt. Is-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. tkompli twettaq l-ħolm ta' diversi dilettanti tal-festi marbuta ma' żmien imqaddes tal-Għid ġewwa raħalna !