Dwarna
Is-Sotto Kumitat Armar twaqqaf nhar it-23 ta’ Jannar 2000, bl-approvazzjoni tal-Kumitat Ċentrali u x-xewqa ta’ ħafna soċi taħt it-tmexxija tac-Chairman is-Sur John Tanti. Dan kien t’għajnuna kbira sabiex b’hekk ikun aktar organizzat l-armar tal-festa. Minn dik il-ġurnata ‘l quddiem qatt ma ħarisna lura. Matul is-snin dejjem għaddejna minn proġett għall-ieħor u dawn dejjem saru b’sagrifiċċji kbar. Dan is-sotto kumitat beda wkoll jorganizza attivitajiet fejn dejjem ikollna preżenza sabiħa ta’ nies. Aħna dejjem nistiednu aktar nies jingħaqdu magħna, sew fl-attivitajiet li jiġu organizzati, fi żmien il-festa u anke dawk ta’ matul is-sena.
Is-Sotto Kumitat Armar dejjem jirringrazzja lil dawk il-membri kollha tas-Soċjetà li b’xi mod ikunu ta’ għajnuna matul is-snin kollha u lill-benefatturi kbar u żgħar li bl-għajnuna tagħhom nistgħu nwettqu x-xogħol kollu li jsir b’risq il-festa li aħna tant inħobbu, il-festa ad unur Santa Katarina V. M. Patruna Titulari taż-Żurrieq.
Sotto Kumitat Armar
Chairman | Is-Sur Clayton Zahra |
---|---|
Vici-Chairman | Is-Sur Charles Tanti |
Segretarju | Il-Perit Paul Aquilina |
Asst. Segretarju | In-Nutar Dr. Ruben Collins |
Kaxxiera | Is-Sinjura Connie Tanti |
Asst. Kaxxier | Dr. Ing. John Licari |
Direttur Ġenerali | Is-Sur Mark Agius |
Direttur Maħżen Armar | Is-Sur Clint Farrugia |
Assistent Direttur Maħżen tad-Drapp | Is-Sur Marco Polidano |
Assistent Direttur Makkinarju u Inġenju | Is-Sur Josef Zammit |
Kordinatur Proġetti Armar | Is-Sur Clint Farrugia |
Kordinaturi tal-Armar | Is-Sinjuri Charles D’Alfonso u John Tanti |
Assistent Kordinatur tal-Armar | Is-Sur Malcolm Gilford |
Kordinatur tal-Attivitajiet | Is-Sur Steve Collins |
Delegati Attivitajiet | Is-Sinjuri Joe Bugeja, Clint Farrugia, Aaron Flores, Kevin Galea |
P.R.O | Is-Sinjur Jacques Xuereb |
Assistenta P.R.O | Is-Sinjura Connie Tanti |
Membru | Is-Sinjur Antoine Barbara |