Dwarna
Is-Sotto Kumutat Kultura ra l-bidu tiegħu f’ April tal-2006 taħt il-Presidenza tas-Sur Anthony Bonnici. L-għan ta’ dan is-Sotto Kumitat kien u għadu li n-nies Żrieraq jkunu konxji ta’ l-istorja tas-Soċjeta tagħna, ta’ raħalna u tal-gżira tagħna in ġenerali. Ix-xogħol ta’ dan is-Sotto Kumitat kien li nagħtu daqqa t’ id kull meta s-Soċjeta tagħna tfakkar xi avveniment importanti li jagħmel parti mill-istorja glorjuża tagħha.
Konna l-ewwel Sotto Kumitat fir-raħal tagħna li daħħalna l-kultura tar-reanactment. Eżempju ta’ dawn ir-reanactments kienu Mattia Preti, it-tieni gwerra dinjija u d-disgrazzja fil-Knisja Parrokkjali tagħna, it-twaqqif tas-Soċjeta tagħna, s-sehem taż-Żrieraq fil-miġja tal-Franċiżi u ħafna avvenimenti oħra. Fuq kollox ir-reenactment tat-tieġ tradizzjonali Malti li għalih attendew folol kbar ta’ niesminn Malta kollha. Għal diversi drabi, dan ir-reanactment tat-tieġ Malti, sar fil-pjazza ta’ Bubaqra fuq stedina tal-Kumitat Amministrattiv ta’ Bubaqra.
Il-Ħidma ta’ dan is-Sotto kumitat ma waqfitx biss fuq l-istorja u l-kultura ta’ raħalna. Żorna postijiet kulturali u storiċi mifruxin ma’ Malta u Għawdex. – mużewijiet, palazzi, knejjes, fortizzi u postijiet oħra li sawru l-istorja ta’ Malta. Darba f’sena, bl-għadjnuna ta’ Sur Carmel Callus norganizzaw Lejla ta’ Nostalġija. Din issir ġewwa s-Salla Espedito Deguara tas-Sede tas-Soċjeta Mużikali Sta. Katarina.
Dan hu dak li daħal għalih is-Sotto Kumitat Kultura – attivitajiet li bihom ngħallmu u nagħtu gost lil kull min ikun preżenti għalihom.
Kumitat Kultura
Chairperson | Is-Sur Charles Tanti |
---|---|
Segretarja | Is-Sinjura M’Rose Scalpello |
Asst. Segretarju | Is-Sur Joseph Cutajar |
Kaxxiera | Is-Sinjura Faustina Sammut |
Asst. Kaxxier | Chev. Charles Schembri |
Direttur | Is-Sur Joe Demicoli |
Membru | Is-Sinjura Catherine Camilleri |