Dwarna
Is-Sotto Kumitat Nisa ilu mwaqqaf għal dawn l-aħħar 44 sena, propju minn Frar tal-1980. F’dawk iż-żminijiet għan-nisa ma kienx perjodu faċli għaliex il-każin kien post fejn kienu jattendu rġiel biss. Però n-nisa tagħna b’motivazzjoni kbira baqgħu mexjin ‘il quddiem b’determinazzjoni li jiffurmaw Sotto Kumitat ġdid. Fil-bidu, is-Sotto Kumitat Nisa kien magħmul minn 6 membri nisa li kienu jiltaqgħu biex iħitu l-bandalori u l-pavaljuni tat-toroq. Matul dawn is-snin, il-kumitat kiber u preżentament, huwa ffurmat minn sbatax -il membru, taħt it-tmexxija tac-Chairperson Anna Camilleri. Tliet membri ilhom jiffurmaw parti mill-kumitat nisa sa mill-bidu tat-twaqqif tiegħu. Mill-bidu nett, is-Sotto Kumitat Nisa, dejjem kien jaħdem qatigħ għall-festa f’ġieħ il-Patruna tagħna Santa Katarina V.M. Minn meta saret l-ewwel laqgħa uffiċjali tal-kumitat, apparti x-xogħol tal-ħjata, in-nisa immedjatament meddew għonqhom għax-xogħol u bdew jorganizzaw diversi attivitajiet. Regolarment bdew jiġu organizzati Coffee Mornings u High Teas. Sal-lum dawn għadhom isiru kull xahar u dejjem ikun hemm attendenza numeruża. Is-Sotto Kumitat tan-nisa jagħti kontribut fi proġetti kbar illi s-Soċjetà tniedi minn żmien għal żmien, kif ukoll, dejjem joffri kull tip t’għajnuna possibli lill-Kumitat Ċentrali u lis-Sotto Kumitati l-oħra fi ħdan is-Soċjetà. Mill-bidu nett tat-twaqqif tas-Sotto Kumitat Nisa sal-lum, għadhom jitħallsu żewġ baned barranin li jattendu fil-ġimgħa tal-festa. Jekk wieħed jasal wasla sa Palazz Alexandria, faċli jinnota proġetti varji li twettqu biex titkabbar s-Soċjetà u jissebbaħ il-Palazz. Barra minn hekk, naraw diversi proġetti oħra li twettqu fit-toroq biex insebbħu lir-raħal fil-festa kbira tagħna. Is-Sotto Kumitat jirrringrazzja lill-membri kollha li jiffurmaw parti minn dan il-kumitat. Tislima
speċjali tmur ukoll għal dawk il-membri li m’għadhomx magħna. Grazzi ukoll tmur għas-soċi li jagħtu l-kontribut tagħhom u jattendu bi ħġarhom għall-attivitajiet li jiġu organizzati kemm matul is-sena kif ukoll fil-ġimgħa tal-festa tant għażiża għalina.
Sotto Kumitat Nisa
Chairperson | Is-Sinjura Anna Camilleri |
---|---|
Vici-Chairperson | Is-Sinjura Catherine Grech |
Segretarja | Is-Sinjura Marcelle Borg |
Vici Segretarja | Is-Sinjura Charlene Mallia |
Kaxxiera | Is-Sinjura Vanessa Gatt |
Assistenta Kaxxiera | Is-Sinjorina Rita Camilleri |
P.R.O. | Is-Sinjura Catriona Cassar |
Assistenti P.R.O. | Is-Sinjura Rose Camilleri Is-Sinjura Rosalie Bajjada |
Ko-ordinaturi tal-Attivitajiet | Is-Sinjorina Rita Camilleri Is-Sinjura Mary Agius Is-Sinjorina Sally Busuttil Is-Sinjura Nadia Farrugia Olivari |
Ko-ordinaturi tat-tindif u żamma tal-Każin | Is-Sinjorina Katie Abdilla Is-Sinjura Marthese Sacco Is-Sinjura Katie Psaila Is-Sinjura Doris Vella |