160 Sena ta’ Suċċessi
1864 – Twaqqif tas-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. bit-tħabrik tal-Kappillan Dun Vinċenz Schembri u taħt id-direzzjoni tas-Surmast Luigi Carabott.
1866 – Mill-Orkestra mwaqqfa fl-1864, twaqqfet il-banda bl-isem “La Filarmonica Del Zurrico” liema banda kienet tieħu sehem fil-festa ta’ Santa Katarina V.M. taħt it-tmexxija tas-Surmast Francesco Zammit.
1883 – “La Filarmonica Del Zurrico” nqassmet fi tnejn fejn waħda mill-baned iffurmati “La Filarmonica Mannarino” taħt it-tmexxija ta’ Mro. Ignazio Catania kienet tieħu sehem fil-festa ta’ Santa Katarina V.M.
1883-It-tmexxija tas-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. għaddiet f’idejn il-President Zaccaria Roncalli LLD
1893 – It-tmexxija tas-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. għaddiet f’idejn il-President Carmelo Ellul
1895 – Iż-żewġ Baned taż-Żurrieq jiġifieri ‘La Filarmonica Mannarino’ u ‘La Filarmonica del Cavalier’ ġew xolti u fiż-Żurrieq twaqqfet banda oħra ġdida bl-isem “La Concordia” taħt it-tmexxija tas-Surmast Carmelo Zammit.
1899- It-tmexxija tas- Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. għaddiet f’idejn il-President Giuseppe Vella
1899 – Is-Sede tal-Każin tal-Banda kien f’ numru 123 Triq Irjali taħt l-isem “Circolo Santa Caterina”.
1900 – Il-Kumitat taċ-“Circolo Santa Caterina” iddelega lis-Surmast Nikola Montebello biex jieħu ħsieb l-Orkestra Santa Katarina.
1903-It-tmexxija tas- Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. għaddiet f’idejn il-President Antonio Mangion
1905– It-tmexxija tas- Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. għaddiet f’idejn il-President Vincenzo Grixti
1906 – Is- Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. kellha kemm banda kif ukoll orkestra. Fl-assenza tas-Surmast Nikola Montebello minħabba mpenji tiegħu fin-navy, is-Surmast Francesco Zammit kien jieħu l-inkarigu minfloku.
1908 – It-tmexxija tas- Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. għaddiet f’idejn il-President Giuseppe Muscat
1909 – Is-Surmast Nikola Montebello kompla l-inkarigu tiegħu bit-tmexxija tal-Banda Santa Katarina V.M. Il-membri ħatru lil Francesco Zammit bħala Assistent Surmast.
1910 – Il-Banda Santa Katarina V.M. żżanżan l-uniformi il-ġdida.
1912 – Is-Sede tal-Każin mexa għal numru 20 Piazza Maggiore, Zurrieq illum “Palazz Alexandria”.
1920– It-tmexxija tas- Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. għaddiet f’idejn il-President Giovanni Mallia
1920 – Minħabba l-emigrazzjoni, l-Banda Santa Katarina V.M. ġiet mibdula f’ Orkestra taħt l-isem “Orkestra Santa Katarina” bit-tmexxija tas-Surmast Ferdinandu Falzon.
1920 – F’ Settembru l-Orkestra ħadet sehem fil-pjazza ta’ Ħal-Safi fl-okkażjoni tal-inawgurazzjoni tal-qniepen.
1923-It-tmexxija tas- Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. għaddiet f’idejn il-President Giuseppe Saydon P.H.C.
1923 – Il-Kumpanija Teatrali “La Pace” bdiet ittella’ is-serati tagħha fil-Każin tas-Soċjetà u nafu li bejn l-1923 u l-1944, waqt l-intervalli ta’ dawn is-serati kienet tieħu sehem l-“Orkestra Santa Katarina”.
1924 – L-Orkestra Santa Katarina ħadet sehem fiċ-ċerimonja tal-pussess tal-Arċipriet Giovanni Battista Ghigo.
1930– It-tmexxija tas- Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. għaddiet f’idejn il-President Carmelo Pace
1930 – Mill-Minuti tas-Soċjetà u mill-programmi tal-Kumpanija “Rossini” nafu li l-Orkestra kienet ukoll iddoqq taħt forma ta’ Jazz Band.
1940 – L-Orkestra Santa Katarina kienet iddoqq fil-mutett tat-Tridu u fil-matutin tal-festa ta’ Santa Katarina u baqgħet tieħu sehem sas-sena 1943.
1944 – L-Orkestra għaddiet taħt it-tmexxija tas-Surmast Espedito Deguara.
1946 – L-Orkestra Santa Katarina reġgħet ġiet mibdula f’Banda taħt l-isem “Banda Santa Katarina V.M.”
1947– It-tmexxija tas- Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. għaddiet f’idejn il-President Anthony Zammit
1948– It-tmexxija tas- Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. għaddiet f’idejn il-President Carmelo Pace
1954 – Il-Banda Santa Katarina V.M. ddoqq f’ Noto, Sqallija.
1955 – Il-Banda Santa Katarina V.M. ddoqq f’ Acireale, Sqallija.
1956 – Jiżżanżan il-Planċier Artistiku tal-Banda Santa Katarina V.M.
1959 – Il-Banda Santa Katarina V.M. ddoqq f’ Catania, Sqallija.
1960 – Jittella’ għall-ewwel darba mis-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. id-Dramm ‘Santa Katarina Verġni u Martri’ mill-pinna tal-Profs. Pietru Pawl Saydon
1962– Is- Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. flimkien mal-Banda tagħha tat l-aħħar tislima lis-Sur Salvu Bugeja wara li tilef ħajtu f’inċident tan-nar
1966– It-tmexxija tas- Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. għaddiet f’idejn il-President Salvu Callus
1971-Is- Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. flimkien mal-Banda tagħha tat l-aħħar tislima lill-aħwa Sinjuri Ġużeppi Sammut u Karmenu Sammut wara li tilfu ħajjithom f’inċident fil-post tan-nar
1978– Is- Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. flimkien mal-Banda tagħha tat l-aħħar tislima lis-Sur Anglu Camilleri wara li tilef ħajtu f’inċident tan-nar
1979 – Titħabbar il-mewt tal-President tas-Soċjetà, is-Sur Salvu Callus fejn imbagħad minfloku ġie maħtur il-President Karmenu Zerafa. Wara s-Seduta Generali tat- 28 t’Ottubru 1978, is-Soċjetà għaddiet taħt it-tmexxija tal-President Ġużeppi Gauci.
1980 – Titwaqqaf l-ewwel Sezzjoni Nisa fiż-Żurrieq fi ħdan is- Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M.
1986 – Il-Banda Santa Katarina V.M. tgħaddi taħt it-tmexxija tas-Surmast Francis Falzon.
1986 – Ġie nawgurat il-kumpless il-ġdid tan-Nar bl-isem”St.Catherine Fireworks Factory”.
1987 – Is-Soċjetà tgħaddi taħt it-tmexxija tal-President David Zerafa.
1989 – Is-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. tfakkar il-125 sena mit-twaqqif tagħha. Fl-istess sena l-Banda Santa Katarina V.M. iddoqq fit-Teatru Manoel.
1990 – Is-Soċjetà tgħaddi taħt it-tmexxija temporanja tal-Aġent President is-Sur Joseph Saliba, fejn imbagħad ġie maħtur bħala President is-Sur Ġużeppi Camilleri. F’Novembru ta’ din is-sena, il-Banda Santa Katarina V.M. iddoqq fit-Teatru Manoel fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Santa Ċeċilja.
1991 – Inxtara is-sede tas-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. A.D. 1864.
1992 – Titwaqqaf l-Ewwel Sezzjoni Żgħażagħ fiż-Żurrieq fi ħdan is- Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M.
1993 – Is-Soċjetà tgħaddi taħt it-tmexxija tal-President Charlie Schembri.
1997 – Jittella’ l-Musical ‘Jisimni Katarina’ minn fuq id-Dramm miktub mill-Profs. Pietru Pawl Saydon. Il-mużika ta’ dan il-musical inkitbet mis-Sur Mark Tonna u l-addattament tal-lirika sar mis-Sur Joseph Chircop. Dan id-Dramm ittella’ mis-Sezzjoni Żgħażagħ Palmisti.
1997 – Il-Banda Santa Katarina V.M. ddoqq f’Bari, l-Italja.
1997 – Is-Soċjetà tgħaddi taħt it-tmexxija tal-President Anthony Bonnici.
2000 – Jitwaqqaf is-sotto Kumitat Armar
2002 – Delegazzjoni tas-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. f’udjenza mal-Qdusija tiegħu il-Papa Gwanni Pawlu II fil-Vatikan.
2002 – Beda jixxandar l-ewwel radju tal-komunità fiż-Żurrieq, Radju Santa Katarina.
2004 – Il-Banda Santa Katarina V.M. tagħmel Ġemellaġġ mużikali ma’ “La Filarmonica Pietro Mascagni” ta’ Camporgiano, provincja ta’ Lucca, l-Italja.
2004 – Iżżanżan l-Arkivju tal-Banda Santa Katarina V.M. f”Palazz Alexandria’ mill-President ta’ Malta E.T. Dr. Edward Feench Adami.
2005 – Festi Kbar fl-1700 sena mill-Martirju tal-Patruna tagħna Santa Katarina V.M.
2005 – Ftuħ tal-maħżen il-ġdid, ‘Maħżen Santa Katarina’
2005 – Inawgurazzjoni tal-pedestall il-ġdid li fuqu ser jiqiegħdu l-istatwi tal-Papa Ġwanni Pawlu II flimkien ma’ Santa Katarina mdawwar b’4 anġli.
2006- Imfakkar il-50 Anniversarju mill-inawgurazzjoni tal-Planċier Artistiku tas-Soċjetà. Għal din l-okkażjoni il-Banda Santa Katarina V.M., taħt id-direzzjoni tas-Surmast Francis Falzon u l-patroċinju tal-President ta’ Malta E.T. Dr. Edward Fenech Adami, esegwiet kunċert mużikali. Wara l-President ta’ Malta ppreżenta tifkira lill-erba’ mill-imgħallmin ħajjin li ħadmu l-planċier u t-tlett bandisti li daqqew fl-inawgurazzjoni tal-istess planċier. Il-President ta’ Malta E.T. Dr. Edward Fenech Adami kixef irħama kommemorativa fil-każin.
2006 – Jitwaqqaf is-Sotto Kumitat Kultura fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M.
2007- Fl-okkażjoni tal-Festa Titulari f’ġieh il-Patruna Santa Katarina V.M. inkixfu lapidi fil-każin li jfakkru l-Presidenti u s-Surmastrijiet tas-Soċjetà sa mit-twaqqif tagħha fis-sena 1864.
2007- Il-Banda Santa Katarina V.M. kompliet tiġġedded u tikber fil-popolarità. Din is-sena l-Banda għamlet 22 servizz li 11 minnhom saru fiż-Żurrieq u 11 oħra barra ż-Żurrieq. Għall-ewwel darba l-Banda Santa Katarina V.M. ġiet mistiedna ġewwa n-Nadur Għawdex għall-festa ta’ San Pietru u San Pawl. Il-Banda Mnarja għamlet servizz ġewwa ż-Żurrieq fl-okkażjoni tal-festa titulari ta’ Santa Katarina V.M.
2007- Is-Sezzjoni Żgħażagħ Palmisti fi ħdan is- Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. fakkret għeluq il-15 -il sena mit-twaqqif tagħha. Għal din l-okkażjoni saru ħafna attivitajiet kulturali u soċjali. Nhar il-Ħadd 19 t’Awissu 2007 il-Banda Santa Katarina V.M. għamlet marċ fit-toroq taż-Żurrieq sabiex tfakkar dan l-anniversarju tal-ewwel Sezzjoni Żgħażagħ fiż-Żurrieq. Fi tmiem il-marċ is-Sezzjoni Żgħażagħ Palmisti ppreżentaw bandiera ġdida lis-Soċjetà li ttellgħet mal-arblu prinċipali tal-Każin.
2007 – Is-Soċjetà tgħaddi taħt it-tmexxija tal-President Chev. Charles Schembri.
2007-Is-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. flimkien mas-sotto kumitati u l-Banda Santa Katarina V.M. taw l-aħħar tislima lis-Sur Nazzareno Barbara u lis-Sur Alfred Cassar wara li tilfu ħajjithom f’inċident fis-St. Catherine Fireworks Factory.
2008 – Tħabbret il-mewt tas-Surmast Direttur Mro. Francis Falzon. Is-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. pparteċipat fil-funeral tas-Surmast Direttur Francis Falzon flimkien mal-Banda Santa Katarina V.M. fejn taw l-aħħar tislima lis-surmast tagħha.
2008 – F’Diċembru l-Banda Santa Katarina V.M. għaddiet taħt idejn is-Surmast Mro. Mario Testa u Mro. Josef Grech inħatar bħala Assistent Surmast.
2009 – Il-Banda Santa Katarina wettqet is-sitt safra fl-istorja tagħha ġewwa Budapest fl-Ungerija. Il-Banda Santa Katarina V.M. għamlet kunċerti mużikali f’Halaszbastya, f’Balatonfured u quddiem l-Katidral ta’ Esztergom.
2009 – Is-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. tgħaddi taħt it-tmexxija tal-President Philip Schembri.
2009- Jiġu inawgurati studios ġodda għal Radju Santa Katarina
2010 – Jiġi inawgurat armar ġdid fi Vjal il-Blue Grotto fiż-Żurrieq b’disinn innovattiv.
2011 – Jiġi rrestawrat l-Ark Trijonfali mis-Sezzjoni Żgħażagħ Palmisti
2012 – Jitfakkar l-għeluq tal-100 sena minn meta l-Każin tas-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. ġie trasferit f’Palazz Alexandria. Il-President ta’ Malta l-E.T. George Abela jżur is-sede tas-Soċjetà u jikxef lapida kommemorattiva
2012 – L-Assistent Surmast Josef Grech jinħatar Surmast Direttur tal-Banda Santa Katarina V.M.
2013 – Is-Sur Alan Schembri jinħatar Assistent Surmast tal-Banda Santa Katarina V.M.
2013 – Inawgurata s-”Sala Banda Santa Katarina V.M.” fil-Każin tal-Banda Santa Katarina V.M. li fih jinkonpora wkoll Mużew tal-istess Banda.
2014 – Is- Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. tiċċelebra l-għeluq il-150 sena mit-twaqqif tagħha. Jiġu organizzati diversi attivitajiet u avvenimenti fosthom Akkademja Mużikali fil-Knisja Arċipretali ta’ Santa Katarina V.M., Wirja ”Żurrieq Honours Preti” fil-Każin tal-Banda Santa Katarina V.M., Wirja bl-isem ”Salvu Bugeja – Il-Mużiċist, id-Disinjatur u l-Iskultur”, Blood Donation Day, attività bl-għan filantropiku ”Miż-Żurrieq għall-Istrina”, Kunċert ta’ Mużika Sagra, Serata Mużiko-Letterarja bl-isem ”150 sena – Kullana ta’ Tifkiriet u Melodiji”, re-enactment dwar l-istorja tas-Soċjetà, restawr fuq il-faċċata tal-Każin tal-Banda Santa Katarina V.M., jew aħjar ”Palazz Alexandria”, Festival ta’ Baned, Żurrieq Pop Concert u Christmas Concert ġewwa l-Phoenicia Hotel. Il-Programm Mużikali tal-Festa ta’ dik is-sena kien taħt il-Patronċinju tal-President ta’ Malta E.T. Dr. Marie-Louise Coleiro Preca.
2014 – Il-Banda Santa Katarina V.M. taghmel Ġemellaġġ mużikali ma’ “The Upper Rhine Youth Wind Band” tal-Black Forest fil-Ġermanja. Bejn it-3 u l-10 ta’ Lulju 2014, il-Banda Santa Katarina V.M. daqqet ġewwa l-Black Forest fil-Ġermanja, filwaqt li ”The Upper Rhine Youth Wind Band” daqqet fil-festa ta’ Santa Katarina V.M. bejn it-30 t’Awwissu u t-8 ta’ Settembru 2014.
2016 – Jinkiseb rekord nazzjonali permezz ta’ ħruq ta’ ballun kbir. Dan ir-rekord ġie rikonoxxut mil-Malta Records u ġie mxandar u dokumentat ukoll mill-istazzjon internazzjonali Discovery Science
2018 – Il-Banda Santa Katarina V.M. tieħu sehem waqt l-avveniment Nazzjonali ’Pageant of the Seas’ li kien organizzat mill-Fondazzjoni Valletta 18. Is-Soċjetà rċeviet bandalora storika biex tfakkar din il-parteċipazzjoni tal-Banda Santa Katarina V.M. waqt dan l-avveniment storiku.
2018 – Il-Banda Santa Katarina V.M. bit-tmien impenn internazzjonali fl-istorja tagħha din id-darba ġewwa Schladming fl-Awstrija permezz tas-sehem tagħha fil-Festival Internazzjonali bl-isem ’Mid Europe’.
2018 – Jitfakkar l-għeluq tal-200 sena mill-miġja tal-istatwa Titulari ta’ Santa Katarina V.M. fiż-Żurrieq. Fiż-Żurrieq saru festi kbar li raw il-bidu tagħhom f’Novembru 2017 u ġew fi tmiemhom fil-25 ta’ Novembru 2018. Fost l-avvenimenti li ġew organizzati nsibu li l-Banda Santa Katarina V.M. reġgħet esegwiet l-Oratorju ’Santa Katarina ta’ Lixandra’ fil-Knisja Ariċpretali ta’ Santa Katarina V.M., sar re-enactment bl-isem ’Merħba lill-Gran Mastru’, ġiet organizzata Blood Donation Day flimkien mas-Soċjetà Mużikali Santa Marija tal-Qrendi, saret wirja fil-Każin bl-isem ’Xbiehatek Meqjuma fi Djarna’,sar double album ta’ innijiet lil Santa Katarina V.M., ġie miktub innu ġdid lil Santa Katarina V.M. bl-isem ’Saltan Fostna Katarina’ b’mużika ta’ Mro. Raymond Sciberras u lirika ta’ Fr. John Curmi, sar rekord ta’ 21 servizz minn baned differenti fil-Festa ta’ Santa Katarina V.M. li saret fiż-Żurrieq f’Settembru 2018, sar restawr fuq l-ewwel statwa stradali ta’ Santa Katarina li tinsab fi Triq San Bartilmew fiż-Żurrieq, inħareġ ktieb bl-isem ’Ftit Paġni Sbieħ minn Storja ta’ Raħal’. Saret ukoll Festa Kbira oħra f’Novembru propjament bejn is-16 u l-25 ta’ Novembru fejn ġew organizzati Cantata bl-isem ’Int l-Għaxqa tagħna O Katarina’ (mużika tas-Surmast Direttur Josef Grech u lirika tas-Sur Mark Tonna) mill-Banda Santa Katarina V.M. fil-Knisja Arċiipretali, Pellegrinaġġ devozzjonali bl-istatwa ta’ Santa Katarina V.M., marċ brijuż tal-Aħħar Tridu, Festival ta’ Baned u Tislima mill-Banda Santa Katarina V.M. lill-Patruna tar-Raħal f’Jum il-25 ta’ Novembru
2019 – Inawgurazzjoni tal-Monument ta’ Santa Katarina V.M. fid-daħla taż-Żurrieq mill-President ta’ Malta E.T. Dr. George Vella u mbierek mill-Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona.
2020 – Minkejja li l-Festa ta’ Santa Katarina V.M. saret b’mod ridott ħafna, minħabba l-pandemija COVID-19, il-Banda Santa Katarina V.M. daqqet waqt il-Quddiesa ta’ Ċelebrazzjoni li saret nhar is-Sibt 21 ta’ Novembru kif ukoll sellmet lill-Patruna tagħna b’mod virtwali meta l-Bandisti mid-djar tagħhom daqqew l-Innu ’Saltan Fostna Katarina’ li xxandar fuq il-paġna uffiċjali ta’ facebook tas-Soċjetà
2021 – Il-Banda Santa Katarina V.M. waqt il-Pandemija COVID-19 iddoqq nhar it-Tlieta 31 t’Awwissu 2021 waqt il-Quddiesa ta’ Jum id-Devoti li saret fil-Knisja ta’ Santa Katarina V.M. fiż-Żurrieq kif ukoll f’nhar il-Festa ta’ Santa Katarina V.M. jiġifieri fil-5 ta’ Settembru fl-istess Knisja Arċipretali meta hemm apparti s-sehem fil-Quddiesa tal-Festa ta’ filgħaxija, daqqet ukoll l-Innu lil Santa Katarina V.M. mużika tas-Surmast Espedito Deguara u versi ta’ Emanuel Pamier Cecy. Lejlet il-Festa, il-Banda Santa Katarina V.M. esegwiet Programm Mużikali storiku f’Misraħ ir-Repubblika. Il-Banda Santa Katarina V.M. kienet l-unika Banda fiż-Żurrieq li fis-sena 2021 wettqet programm fuq barra waqt il-Festa tagħha.
2021 – Is-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. għaddiet taħt it-tmexxija tas-Sur Josef Cachia
2022 – Jitwaqqaf il-Kor tat-Tfal bl-isem Vox Coeli fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. Fl-istess sena s-Sezzjoni Żgħażagħ Palmisti kienet l-ewwel sezzjoni żgħażagħ fiż-Żurrieq li wettqet skambju ma’ żgħażagħ oħra fl-Unjoni Ewropea ġewwa Galati fir-Rumanija. Dan seħħ permezz tal-proġett taħt l-isem Sustaining Cultural Heritage through Youth Activism, liema proġett kien finanzjat taħt l-iskema ErasmusPlus.
2023 – Is-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. tirregala lill-Knisja Arċipretali ta’ Santa Katarina V.M. taż-Żurrieq it-tieqa tal-istained glass bix-xbieha ta’ Santa Katarina V.M., liema tieqa ssostitwixxiet dik li kien hemm preżenti fil-faċċata tal-Knisja Arċipretali.
2023 – Il-Banda Santa Katarina V.M. tkun impenjata fi programmi mużikali barra minn xtutna għad-9 darba fl-istorja tagħha. Din id-darba il-Banda Santa Katarina V.M. żaret Lleida ġewwa Spanja fejn hemm hi ħadet sehem fil-FEM Banda International Festival 2023.
2024 – Is-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. iċċelebrat l-anniversarju tal-160 Sena mit-twaqqif tas-Soċjetà.
2024 – Is-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. tiġi dikjarata rebbieħa tal-Premju Ġieh l-Artiġjanat Malti 2023 bil-proġett tal-linef li saru biex jintramaw fi Triq San Mikiel fil-Festa Titulari.
2024 – Fit-tieni jum tat-Tridu, waqt il-Programm Mużikali mill-Banda Santa Katarina V.M., ġiet mikxufa niċċa b’xbieha artistika ta’ Santa Katarina V.M. fis-sede tas-Soċjetà.
Surmastrijiet
1864-1866 | Luigi Carabott |
---|---|
1866-1875 | Francesco Zammit |
1875-1883 | Carmelo Zammit |
1883-1893 | Ignazio Catania |
1893-1900 | Carmelo Zammit |
1900-1906 | Nikola Montebello |
1906-1909 | Francesco Zammit |
1909-1920 | Nikola Montebello |
1920-1944 | Ferdinando Falzon |
1944-1986 | Espedito Deguara A.MUS.L.C.M. |
1986-2008 | Francis Falzon L.MUS.L.C.M., L.R.S.M. |
2008-2012 | Mario Testa Dip.Mus in Bb Tuba,F.Mus E.I.H.E.(Hc) |
2012-Kurrenti | Josef Grech A.T.C.L., L.T.C.L., Dip.A.B.R.S.M., L.R.S.M. |
Presidenti tas-Soċjetà
1864-1882 | Rev. Vincenz Schembri Kappilan Fundatur |
---|---|
1883-1893 | Zaccaria Roncali LLD |
1893-1899 | Carmelo Ellul |
1899-1903 | Giuzeppe Vella |
1903-1905 | Antonio Mangion |
1905-1908 | Vincenzo Grixti |
1908-1920 | Giuseppe Muscat |
1920-1923 | Giovanni Mallia |
1923-1930 | Giuzeppe Saydon P.H.C. |
1930-1947 | Carmelo Pace |
1947-1948 | Anthony Zammit |
1948-1966 | Carmelo Pace |
1966-1979 | Salvu Callus |
1979 | Carmelo Zerafa |
1979-1987 | Giuzeppi Gauci B.E.M. |
1987-1990 | David Zerafa |
1990 | Joseph Saliba Agent President |
1990-1993 | Guizeppi Camilleri |
1993-1997 | Charles Schembri |
1997-2007 | Anthony Bonnici A.C.I.B. |
2007-2009 | Charles Schembri |
2009-2021 | Philip Schembri |
2021-Kurrenti | Josef Cachia |
Segretarji tas-Socjetà
-1893 | Carmelo Caruana P.A.A. |
---|---|
1893-1899 | Gannpatist Camilleri |
1899-1903 | Vincenzo Grixti |
1903-1905 | Gaetano Bezzina |
1905-1912 | Spiridione Mallia |
1912-1919 | Emmanuel Mula |
1919-1929 | Carmelo Pace |
1929-1935 | Alfons Gauci |
1935-1943 | Emmanuel Barbara |
1943-1945 | Anthony Zammit |
1945-1949 | Giovanni Camilleri |
1949-1951 | Guzeppi Mula |
1951-1953 | Guzeppi D’Amato |
1953-1965 | Censu Caruana |
1965-1966 | Salvu Caruana |
1966-1980 | Guzeppi Camilleri |
1980-1981 | Mikiel Cachia |
1981-1988 | Guzeppi Camilleri |
1988- 1989 | Johnnie Polidano |
1989-1995 | Joseph Camilleri |
1995-2007 | Josef Cachia |
2007-2009 | Joseph Darmanin |
2009- 2009 | Emanuel Farrugia |
2009-2022 | Kevin Schembri |
2022-Kurrenti | Ryan Schembri |
Teżoriera tas-Socjetà
Giovanni Mallia | |
Vincenzo Camilleri | |
-1923 | Vincenzo Vella |
1923-1930 | Guizeppi Gauci |
1930-1931 | Antonio Mamo |
1931-1937 | Guizeppi Gauci |
1937-1947 | Carmelo Grixti |
1947-1948 | Carmelo Pace |
1948-1949 | Carmelo Grixti |
1949-1951 | Giovanni Camilleri |
1951-1959 | Guzeppi Zammit |
1959-1973 | Karmenu Zerafa |
1973-1976 | David Zerafa |
1976-1978 | Joe Mula |
1978-1982 | Martin Schembri |
1982-1984 | Mikiel Cachia |
1984-1985 | Mario Falzon |
1985-1990 | Charlie Schembri |
1990-1993 | Moses Camilleri |
1993-1994 | Martin Schembri |
1994-2004 | David Sciberras |
2004-2009 | Josef Chetchuti |
2009-2012 | Moses Camilleri |
2012-2021 | Nicholas Saliba |
2021-2022 | Ryan Schembri |
2022-Kurrenti | Edmond Abela |